Senghet il-mastrudaxxa : stharrig lessikali fuq sfond etnografiku
University of Malta ; Faculty of Arts. Department of Maltese, 2012
Hochschulschrift
Zugriff:
B.A.(HONS)MALTESE ; Il-ħajra li nikteb xogħol bħal dan nibtet minn delizzju li għandi u li writtu mingħand missieri. Kif jgħidu, bin is-sengħa għandu nofsha, u li kieku ma kellix dan id-delizzju f’demmi, żgur li ma kienx jirnexxili nagħmel xogħol kif għamilt, b’ġabra sħiħa ta’ termini. Malli bdejt immidd idi f’dan ix-xogħol, bdejt kull ma jmur ninduna li kien hawn ħafna termini f’fomm in-nies tas-sengħa bla ma qatt tniżżlu b’mod miġbur fuq il-karta. Qabel dan ix-xogħol, it-termini kienu qed jintirtu dejjem minn ħaddiem għall-ieħor bil-fomm, b’periklu li xi wħud mit-termini jintilfu għal kollox maż-żmien. Iżda issa, ġew dokumentati b’mod li jinkorpora s-sengħa b’mod sħiħ, mit-tipi ta’ njam li juża l-mastrudaxxa, sal-proċessi differenti, l-għodod u affarijiet oħra. Biex inkompli nżewwaq din il-ġabra, ħejjejt ukoll sett ta’ ritratti u anke żewġ intervisti. B’riħet dan ix-xogħol, waqt li komplejt insaħħaħ u nkabbar l-għarfien tiegħi dwar dan id-delizzju, fl-istess ħin żewwiġtu mal-aspett akkademiku tal-lingwa Maltija b’tali mod li tajt kontribut bżonjuż minħabba li hawn nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni ta’ terminoloġija marbuta mas-snajja’ Maltin. Fil-fatt, kien dan il-fattur li l-aktar kompla ħajjarni biex nagħmel din il-ġabra ta’ termini. Tkun idea tajba li din il-ġabra ta’ termini, flimkien ma’ ġabriet oħra li saru fil-passat, jiġu inklużi f’dizzjunarju sabiex b’hekk tkompli tikber id-diversità fil-kliem Malti. Minbarra li tgħallimt ċertu kliem ġdid li qatt ma kont smajtu qabel, ċertu termini oħrajn iddefinejthom aħjar b’dak li rnexxieli niġbor mit-teżawru, mill-esperjenza personali u minn dak li qaluli l-informanti. Fuq kollox, kont ukoll ta’ għajnuna fl-għalqa lessikali tal-Malti rigward ir-reġistru tas-snajja’ tant li l-għan ewlieni tiegħi kienet il-ġabra ta’ lessiku. Barra minn hekk, waqt li kont għadni qed naħseb dwar kif se nfassal dan ix-xogħol, għaraft li s-sengħa tal-injam, mhix ix-xogħol biss. Id f’id magħha hemm ukoll aspetti oħra li għalkemm aktarx ma jiġuniex f'moħħna meta nitkellmu dwar dan ...
Titel: |
Senghet il-mastrudaxxa : stharrig lessikali fuq sfond etnografiku
|
---|---|
Autor/in / Beteiligte Person: | Debattista, Clifford |
Link: | |
Veröffentlichung: | University of Malta ; Faculty of Arts. Department of Maltese, 2012 |
Medientyp: | Hochschulschrift |
Schlagwort: |
|
Sonstiges: |
|