Analiżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenza
In: Nappa, A. (2020). Analiżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenza (Bachelor's dissertation).;; (2020)
Hochschulschrift
Zugriff:
B.A.(HONS)MALTESE ; F’din it-teżi se nkun qed inħares lejn il-karattri ppreżentati f’ħames rumanzi, minn lenti psikanalitika. Il-punt ta’ fokalizzazzjoni tiegħi se jmur l-aktar lejn il-karattri prinċipali filwaqt li ma neskludix il-karattri ċatti li jgħinu biex iżewqu r-rumanz. Ħafna jistaqsu għalfejn wieħed jaqbad rumanz u ma jkunx irid jitilqu minn idejh. Minn ċkuniti kont naffaxxina ruħi bil-mod kif l-awtur joħloq storja daqshekk interessanti li żżommni mkaħħla mal-ktieb għal ġranet sħaħ. Tant kont inkun intiża fil-ktieb, li kont nimmaġina li l-karattri huma reali u bħalkieku nxebbahhom ma’ persuni familjari b’xebh mal-ħajja tiegħi. Sabiex qarrej jieħu dak kollu li jista’ minn rumanz, irid sempliċiment jidħol fl-istorja, bħalma konna ngħidu meta konna tfal. Wieħed m’għandux iħares biss lejn l-istorja u l-plott tar-rumanz iżda aktar fil-fond lejn il-karattri li jsawru din l-istorja. Il-letteratura hija mżewqa b’karattri differenti. B’hekk tajjeb li nżommu f’moħħna li dawn il-karattri mhux dejjem huma bnedmin iżda f’xi każijiet dawn jistgħu jkunu oġġetti inanimati jew astratti. Minkejja l-bosta modi kif wieħed jista’ janalizza l-karattri, se nkun qed nistħarreġ il-figuri msemmija fir-rumanzi mil-lat psikiku. Il-psikoloġija minn dejjem kienet tinteressani, għall-fatt li ladarba tgħarrex il-karattru fil-fond, ir-rumanz isir aktar interessanti. Għal ħafna, Sigmund Freud huwa biss isem, iżda għal min hu midħla fit-teoriji psikanalitiċi, Freud huwa l-bniedem li offrielna perspettivi differenti ta’ kif wieħed jista’ jħares lejn l-inkonxju tal-bniedem. Freud ippropona teoriji kontroverżjali ħafna fil-qasam tal-Psikoloġija u dan wassal biex jaffaċċja ħafna kritika. Proprju għalhekk isir aktar interessanti. Mill-mument inizjali, din it-teżina se teħodna għal kif awtur joħloq karattru, sa teoriji li jwasslu għall-bini tal-imġiba tal-karattru. Se nitratta l-karattri daqslikieku kienu nies reali tad-demm u l-laħam u mhux sempliċiment entitajiet li jżewqu rumanz. L-għan tiegħi huwa li nanalizza l-karattru b’lenti differenti ...
Titel: |
Analiżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenza
|
---|---|
Autor/in / Beteiligte Person: | Nappa, Aleinad |
Link: | |
Quelle: | Nappa, A. (2020). Analiżi psikanalitika tal-karattru fin-narrattiva bikrija ta’ wara l-Indipendenza (Bachelor's dissertation).;; (2020) |
Veröffentlichung: | Faculty of Arts. Department of Maltese, 2020 |
Medientyp: | Hochschulschrift |
Schlagwort: |
|
Sonstiges: |
|