Innijiet ad unur San Gejtanu : Antifona per Gaetano ‘Qauerite Premum’ (1886)
2016
academicJournal
Zugriff:
This article contains the following photographs: Frontispizju Antifona per San Gaetano - Partitura (l-ewwel pagna) - Mro. Paolo Nani (1814-1904). ; Kulmin hu dilettant tal-festi reliġjużi, speċjalment dawk ta’ ġewwa, żgur li jaf x’inhi ANTIFONA – hija dik il-biċċa mużika mhux daqstant twila, imma ħafna mistennija, li tindaqq bil-vuċijiet u orkestra mdaqqsa waqt iċ-ċelebrezzjonijiet liturġiċi fil-ġranet tad-Tridu kif ukoll f’lejlet u nhar il-festa, speċjalment waqt id-dħul tal-vara titulari wara l-puċissjoni. ‘Antifona’ bil-Griek tfisser silta sagra qasira, aktarx meħuda mill-Bibbja, reċitata jew kantata, waqt funzjonijiet liturġiċi u l-Ufiċċju Divin. Dan il-versett ta’ talb jingħad qabel is-salm u jinbidel skont il-festa li tkun. Fl-antik, il-kant kien ikun fl-istil Gregorjan1, iżda maż-żmien bdew jimmużikawha fi stili aktar kontemporanji. Fost is-surmastrijiet bravi li dari kienu jiktbu l-antifoni nsibu lil Dr. Mro. Paolo Nani. Waħda minn dawn l-antifoni li ħarġet mill-pinna tiegħu hija ddedikata lil San Gejtanu. L-Antifona per San Gaetano Quaerite Primum fil-fatt inkitbet fl-1866 u għaldaqstant, din is-sena jaħbat il-130 anniversarju tagħha. ; N/A
Titel: |
Innijiet ad unur San Gejtanu : Antifona per Gaetano ‘Qauerite Premum’ (1886)
|
---|---|
Autor/in / Beteiligte Person: | Pirotta, Manoel |
Link: | |
Veröffentlichung: | 2016 |
Medientyp: | academicJournal |
Schlagwort: |
|
Sonstiges: |
|